Azzjonijiet pilota
Il-programm se jinvolvi studenti mmigranti fl-iskejjel sekondarji li se jiġu reklutati abbażi ta’ kriterji relatati mal-profil tagħhom (se tingħata preferenza lil studenti li jitilfu ħafna skola u/jew huma f’riskju għoli li jitilqu mill-iskola kmieni, studenti b’inqas opportunitajiet, dawk li huma l-mira ta’ diskriminazzjoni, eċċ.) u studenti tal- HEI mid-dipartimenti tal-pedagoġija/edukazzjoni/lingwa/letteratura.
Mentors (studenti tal-HEI li huma mħarrġa) u mentees (studenti tal-edukazzjoni sekondarja) se jiġu mseħbin flimkien minn qabel waqt sessjoni inizjali ta’ grupp li ser jseħħ wiċċ imb’wiċċ jew online li ser tkun organizzata mill-imsieħba f’kull pajjiż biex jiffamiljarizzaw ruħom ma’ xulxin. L-imsieħba mbagħad jiddeterminaw kif ser jiġu finalment mseħbin l-istudenti skont kriterji li jinkludu sensitivita’ kulturali. L-għan hu li kull student tal-HEI jiġi msieheb ma’ 1 jew 2 studenti
Matul l-ewwel laqgħa uffiċjali ssir diskussjoni fuq l-għanijiet, il-ħtiġijiet u l-aspettattivi tal-mentees u jsiru ukoll deċiżjonijiet dwar il-frekwenza tal-laqgħat u t-twaqqif ta’ programm personalizzat. F’din il-fażi inizjali se jsir sforz biex jiġu involuti kemm jista’ jkun il-membri tal-familja tal-mentees.
Is-sessjonijiet ta’ Language Buddy se jkunu kkoordinati mal-imsieħba u l-imsieħba assoċjati u se jsiru online jew wiċċ imb’wiċċ skont il-bżonnijiet tal-mentees, għal tul ta’ bejn 4 u 6 xhur.
L-għanijiet tal-programm pilota se jkunu li:
- Jibnew il-ħiliet tal-istudenti tal-Edukazzjoni Għolja tad-dipartimenti tal-pedagoġija/edukazzjoni/lingwa/letteratura dwar metodoloġiji innovative ta’ tagħlim, pedagoġija interkulturali u żvilupp tal-lingwa
- Jiġi mttejjeb l-aċċess taż-żgħażagħ immigranti (minn 12 sa 17-il sena) għal opportunitajiet ta’ tagħlim tal-lingwa b’mod mhux formali/informali (b’mod li jappoġġa x-xogħol magħmul mill-iskejjel)
- Tiħi msaħħa il-kooperazzjoni bejn l-Istituzzjonijiet tal-Edukazzjoni Għolja, l-organizzazzjonijiet immexxija mill-migranti, l-iskejjel, l-NGOs, l-awtoritajiet tal-edukazzjoni lokali/reġjonali għall-appoġġ tat-tagħlim tal-lingwa ta’ żgħażagħ immigranti.