Għanijiet u riżultati mistennija

Language Buddy għandu l-għan li jsaħħaħ it-tagħlim tal-lingwa għal studenti li għandhom minn 12 sa 17-il sena u li huma, jew kienu, refuġjati / immigranti. It-tagħlim isir b’mod informali minn mentors li jużaw il- buddy system. Is-sistema, li hija kkoordinata minn Istituzzjonijiet ta’ Edukazzjoni Għolja (HEIs), skejjel/awtoritajiet edukattivi, organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) u organizzazzjonijiet immexxija minn migranti, taħdem billi studenti tal-HEIs (dipartimenti tal-pedagoġija/edukazzjoni/lingwa/letteratura) jiġu allokati studenti li għandhom bżonn jitgħallmu il-lingwa biex jqattgħu ħin maghhom b’mod volontarju u/jew bħala parti mill-programm tal-istudji tagħhom.

Għanijiet:

  • Sistemi ta’ buddy/mentoring b’ aspett ta’ tagħlim tal-lingwa għal immigranti żgħażagħ (minn 12 sa 17-il sena).
  • Jinbnew il-ħiliet tal-istudenti tal-Edukazzjoni Għolja fid-dipartimenti tal-pedagoġija/edukazzjoni/lingwa/letteratura fil-metodoloġiji ta’ tagħlim innovattiv, pedagoġija interkulturali u żvilupp tal-lingwa.
  • Jittejjeb l-aċċess ta’ immigranti żgħażagħ (minn 12 sa 17-il sena) għal opportunitajiet ta’ tagħlim tal-lingwi mhux formali/informali (li jappoġġja l-ħidma li ssir fl-iskejjel).
  • Tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istituzzjonijiet tal-Edukazzjoni Għolja, l-organizzazzjonijiet immexxija mill-migranti, l-iskejjel, l-NGOs, l-awtoritajiet tal-edukazzjoni lokali/reġjonali għall-fit-tagħlim tal-lingwa lill-immigranti żgħażagħ.


Riżultati mistennija:

  • Titjib fil-ħiliet u l-kompetenzi ta’ mill-inqas 365 student HEI mid-dipartimenti tal-pedagoġija/edukazzjoni/letteratura li se jiġu mħarrġa fil-Language Buddy Model u li ser jipparteċipaw fil-proġetti pilota bħala mentors;
  • Titjib fil-ħiliet (lingwistiċi) u l-kompetenzi ta’ mill-inqas 365 studenti sekondarji li huma immigranti li se jipparteċipaw fil-proġetti pilota bħala mentees;
  • Sħubiji u kooperazzjoni msaħħa bejn l-HEIs, organizzazzjonijiet immexxija mill-immigranti, skejjel, NGOs, awtoritajiet edukattivi lokali/reġjonali permezz ta’ attivitajiet konġunti u avvenimenti rilevanti;
  • Żieda fl-għarfien minn naħa tan-netwerks tal-HEIs li qed jipparteċipaw dwar il-benefiċċji tal-Language Buddy Model;
  • Żieda fl-għarfien minn naħa tal-awtoritajiet lokali u nazzjonali, u tal-komunitajiet lokali/pubbliku dwar l-importanza tal-komunikazzjoni interkulturali u s-solidarjetà;
  • Promozzjoni ta’ metodi innovattivi diġitali mfassla speċifikament għat-tagħlim tal-lingwa lil immigranti.
  • Aktar integrazzjoni talLanguage Buddy Model fid-dipartimenti tal-pedagoġija/edukazzjoni/letteratura tal-HEIs u dixxiplini oħra fil-pajjiżi tal-UE;
  • Modernizzazzjoni tal-HEIs Ewropej;
  • Nuqqas fir-rata ta’ assenteiżmu u n-numru ta’ tfal u żgħażagħ immigranti li joħorġu kmieni mis-sistema skolastika, żieda fis-sens ta’ impenn ċiviku, s-sens li huma parti mis-socjeta’ u titjib fir-riżultati akkademiċi;
  • Relazzjonijiet u rabtiet soċjali sinifikanti u dejjiema bejn studenti tal-HEI u studenti tal-edukazzjoni sekondarja; l-integrazzjoni tal-Language Buddy Model fil-livell lokali/nazzjonali;
  • Netwerks lokali u internazzjonali ta’ organizzazzjonijiet li se jikkopperaw biex tiżdied l -inklużjoni ta’ tfal u żgħażagħ immigranti anke wara li jispiċċa il-proġett;
  • L-inklużjoni soċjali tal-familji migranti;
  • Tkompli il-ġlieda kontra n-narrattivi ksenofobiċi u t-tkissir tal-isterjotipi.
  • Language Buddy joffri modi ġodda biex jinbnew soċjetajiet aktar koeżivi u inklużivi u biex itejjeb it-tagħlim tal-lingwi uffiċjali għat-tfal u adoloxxenti migranti li għadhom jaslu fit-territorji tal-UE.

Attivitajiet

Din hija il-lista tal-attivitajiet ewlenin:

  • Reviżjoni tal-aħjar prattiki eżistenti u għodod effettivi
  • Ko-disinn u żvilupp tal-Language Buddy Model
  • Implementazzjoni tas-sistema tal-Language Buddy Model fl-HEIs
  • Żvilupp ta’ kors onlajn għall-istudenti tal-HEI
  • Workshop Transnazzjonali ta’ Taħriġ għal Language Buddy Trainers (ToT) Buddy Transnational Language Buddy
  • Taħriġ lill-istudenti tal-HEI
  • Pilota tas-sistema Language Buddy ma’ studenti li huma immigranti.
  • Evalwazzjoni tal-proġetti pilota u żvilupp tal-Language Buddy Model 2.0
  • Roundtables nazzjonali diġitali
  • L-iżvilupp ta’ rakkomandazzjonijiet biex jiġi integrat il-Language Buddy Model fl-iskejjel mainstream.

Grupp fil-mira

Il-grupp fil-mira tal-proġett huma studenti sekondarji li huma immigranti, studenti fil-HEIs, u entitajiet interessati (Istituzzjonijiet tal-Edukazzjoni Għolja, organizzazzjonijiet immexxija mill-migranti, skejjel, NGOs, awtoritajiet tal-edukazzjoni lokali/reġjonali).

Sħubija

Il-Konsorzju, immexxi mill-Università tal-Maċedonja, jikkonsisti minn 16-il organizzazzjoni, 8 CSOs, 7 Universitajiet, u 1 direttorat tal-edukazzjoni. Il-proġett ser jiġi attwat fi 8 pajjiżi Ewropej: il-Greċja, l-Italja, ir-Rumanija, il-Bulgarija, Spanja, il-Portugal, Malta u l-Awstrija.

🔗 Aqra aktar dwar l-imsieħba