Moduli ta' taħriġ

Permezz tal-linji gwida stabbiliti fuq il-bażi tal-good practices, l-imsieħba tal-proġett, il-gruppi fil-mira tal-proġett u l-partijiet interessati se jiżviluppaw il-Language Buddy Model. Dan se jiġi zviluppat f’kollaborazzjoni ma’ professjonisti edukattivi li jaħdmu ma’ studenti mmigranti mill-iskejjel sekondarji, studenti mmigranti li għadhom li ggradwaw minn skejjel sekondarji, studenti t’ Istituzzjonijiet ta’ Edukazzjoni Għolja (HEI), professuri tal-pedagoġija/edukazzjoni/lingwa/letteratura, rappreżentanti ta’ CSOs li jaħdmu ma’ żgħażagħ immigranti u msieħba tal-proġett f’kull pajjiż li ha jimplementa il-proġett.

Il-mudell se jiffoka fuq l-implimentazzjoni tal-buddy system li hi immirata lejn it-tagħlim tal-lingwi b’mod mhux formali u informali li jinvolvi studenti universitarji tal-HEI bħala mentors u studenti mmigranti tal-iskola sekondarja bħala mentees. Il-mudell ser jinbena b’mod li jappoġġa kemm korsijiet li jsiru wiċċ imb’wiċċ kif ukoll online.

Il-konsulenti tal-HEI se jkunu qed jipparteċipaw f’workshops ta’ taħriġ wiċċ imb’wiċċ/onlajn li se jiddiskutu suġġetti bħal:

  • Fehim u djalogu interkulturali fl-edukazzjoni;
  • Prinċipji ta’ pedagoġija kritika u soċjali;
  • Ir-rwol tal-familja fit-tagħlim tal-lingwi u s-superazzjoni tal-ostakli permezz ta’ metodi mhux formali/informali għal studenti li huma immigranti;
  • Għodod diġitali għal tagħlim effettiv tal-lingwi;
  • L-arti bħala għodda għad-djalogu interkulturali u t-tagħlim tal-lingwi;
  • Osservazzjoni, dokumentazzjoni, riflessjoni u (awto)valutazzjoni;
  • Sistema Language Buddy;
  • Kif torganizza sessjoni tal-Language Buddy bl-użu tal-Language Buddy e-Platform.

L-għanijiet tat-taħriġ se jkunu li:

  • Biex jiġi miżjud element ta’ tagħlim tal-lingwa għal żgħażagħ immigranti (12 sa 17-il sena) fil- buddy/mentoring systems
  • Jibnew il-ħiliet tal-istudenti tal-Edukazzjoni Għolja tad-dipartimenti tal-pedagoġija/edukazzjoni/lingwa/letteratura dwar metodoloġiji innovative ta’ tagħlim, pedagoġija interkulturali u żvilupp tal-lingwa