Università tal-Maċedonja

L-Università tal-Maċedonja hija Università Statali li timpjega 241 persuna fit-tagħlim u riċerka ta’ diversi livelli akkademiċi u 187 impjegat tekniku u amministrattiv. Id-Dipartiment tal-Politika Edukattiva u Soċjali għandu l-għan li jippromwovi x-xjenzi tat-Tagħlim tul il-Ħajja, l-Edukazzjoni tal-Adulti, kif ukoll l-Edukazzjoni u Taħriġ ta’ Persuni b’Diżabilità u/jew bi Bżonnijiet Edukattivi Speċjali, permezz ta’ tagħlim u riċerka akkademika u applikata, bl-użu ta’ teknoloġiji ġodda u b’rispett lejn il-prinċipji tal-edukazzjoni interkulturali.

Symplexis

Symplexis hija NGO li hija attiva fit-trawwim tal-inklużjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-Greċja u fl-UE. Din l-NGO taħdem ħafna biex tiżgura li t-TCNs jiġu milqugħa mill-komunitajiet ospitanti tagħhom, u biex tgħin lill-komunitajiet riċevituri jaċċettawhom permezz ta’ programmi ta’ introduzzjoni u netwerking bejn ċittadini ta’ pajjiżi terzi u indiġeni.

PDE

PDE Il-PDE hija responsabbli għall-amministrazzjoni, il-kontroll u s-superviżjoni tal-Edukazzjoni Primarja u Sekondarja fill-Greċja Ċentrali. Xogħolha hu li ssaħħaħ il-ħidma tal-għalliema permezz ta’ workshops, seminars, konferenzi u taħriġ ieħor. Il-PDE tikkoordina 874 skola primarja u sekondarja li b’kollox jservu 67,417 student u jimpjegaw 8,937 għalliem. Fil-kuntest ta’ integrazzjoni ta’ gruppi soċjali vulnerabbli (refuġjati, immigranti ekonomiċi, ritornati, eċċ.) ġew stabbiliti strutturi speċjalizzati ta’ taħriġ u appoġġ li jdumu fis-seħħ għal numru ta’ snin.

Universidade Catolica Portuguesa

L-Universidade Católica Portuguesa (UCP ) hija università ta’ riċerka kkaratterizzata minn viżjoni umanista u hi impenjata li tikkontribwixxi għall-għarfien u għall-benessre tas-soċjetà. Hija rrappreżentata mill-Fakultà tal-Filosofija u x-Xjenzi Soċjali, li hi fakultà li tiffoka fuq il-problemi u l-isfidi kontemporanji tal-umanità u li tipprova issib modi biex tinbena soċjetà dejjem aktar ġusta u inklużiva permezz ta’ riċerka kritika u impenjattiva fil-kuntest ta’ kultura ta’ u għall-verità, u ta’ pedagoġija personalista, partikolarment tagħlim ta’ servizz.

Casa do professor

CDP CDP hija assoċjazzjoni ta’ solidarjetà soċjali ta’ għalliema, imwaqqfa fl-1979. Iċ-Ċentru ta’ Taħriġ ta’ CDP huwa l-akbar ċentru ta’ taħriġ privat għall-għalliema fil-Portugal. Fuq perjodu ta’ tliet snin, iċċertifikat aktar minn 6000 edukatur ta’ livelli ta’ edukazzjoni primarja, sekondarja u ogħla permezz ta’ azzjonijiet ta’ taħriġ differenti f’oqsma bħall-arti, il-lingwi, il-pedagoġija, l-inklużjoni u l-evalwazzjoni. Iċ-Ċentru ta’ Innovazzjoni Pedagoġika tas-CDP irawwem l-iżvilupp tal-pjan ta’ internazzjonalizzazzjoni tiegħu billi mhux biss jikkoordina proġetti hu iżda wkoll jissieħeb f’diversi proġetti tal-Erasmus+.

casadoprofessor.pt

BildungsLAB

BildungsLAB BildungsLAB hija organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ fl-Awstrija li taħdem b’tim żgħir u kuntratturi. Il-missjoni tagħha hija li l-edukazzjoni tinbidel u hi impenjata li tispira u tappoġġja il-vjaġġ tal-istudenti u l-fornituri tal-edukazzjoni. Bħala laboratorju għal edukazzjoni dinamika, tiżviluppa metodi ġodda biex tippromovi d-diversità u l-inklużjoni soċjali u ekonomika permezz ta ‘programmi trasformattivi ta’ tagħlim tul il-ħajja. .

www.bildungslab.com

Multi Kulti Collective

Multi Kulti Collective Multi Kulti Collective hija waħda mill-organizzazzjonijiet mhux għal-profitt ewlenin Bulgari li ilhom mill-2011 jaħdmu fil-qasam tal-integrazzjoni tal-immigranti u r-refuġjati, l-iżvilupp tal-komunità u d-drittijiet tal-bniedem. L-organizzazzjoni topera kemm fuq livell lokali kif ukoll fuq livell ta’ politika soċjali. Mill-2013 bdiet wkoll taħdem bħala intrapriża soċjali biex tgħin lill-immigranti u hi l-koordinatur nazzjonali tal-portal uffiċjali tal-KE dwar l-integrazzjoni tal-immigranti (European Website on Integration). Il-proġetti tal-MKC huma rrikonoxxuti bħala proġetti ta’ innovazzjoni soċjali fuq livell nazzjonali u tal-UE u eżempju ta’ best practice.

Ċentru għall-Integrazzjoni tal-Immigranti

MIC hija NGO li ġiet stabbilita fl-2008 fil-belt ta’ Brasov, ir-Rumanija. Ħi tospita ċ-Ċentru għall-Integrazzjoni tal-Immigranti, li toffri servizzi t’ integrazzjoni għall-immigranti u r-refuġjati u tappoġġja d-drittijiet fundamentali tagħhom biex jibdew jerġgħu jibnu ħajjithom mill-ġdid.

COSPE

COSPE hija NGO Ii ġiet mwaqqfa fl-1983 fl-Italja u li tmexxi attivitajiet ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali f’25 pajjiż li jinkludu pajjiżi kemm fl-UE u kemm barra mill-UE. Għandha esperjenza estensiva fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-koordinazzjoni ta’ proġetti li jiffokaw fuq l-inklużjoni ta’ immigranti u fuq il-ġlieda kontra r-razziżmu u d-diskriminazzjoni. L-organizzazzjoni toffri riċerka, workshops u taħriġ fil-livelli kollha, inkluż taħriġ lingwistiku.

www.cospe.org

SOS Malta

SOS Malta SOS Malta hija organizzazzjoni volontarja li ġiet mwaqqfa fl-1991 biex tgħin gruppi li huma soċjalment żvantaġġati jtejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom billi tipprovdi servizzi ta’ appoġġ u opportunitajiet għall-iżvilupp u l-bidla. L-organizzazzjoni timpjega 11-il persuna u madwar 15-il professjonist, u għandha magħha wkoll grupp ta’ voluntiera.

Advenio eAcademy

AeA AeA hija Istituzzjoni ta’ Edukazzjoni Avvanzata u Għolja (FHI) ibbażata f’Malta li ilha lliċenzjata mill-2013. Hi l-ewwel HEI f’Malta li tipprovdi programmi online akkreditati. Il-pjattaforma ta’ tagħlim elettroniku użata hija l- EBLearn li ġiet żviluppata minn eBusiness Systems. Din il-pjattaforma tabbona elementi ta’ tagħlim awtonomu ma tagħlim kollaborattiv fi ħdan il-programmi onlajn li huma offruti mill-istituzzjoni.

aea.academy

UTBV

UTBV L-UTBV hija istituzzjoni prestiġjuża kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll internazzjonali. Id-Dipartiment tat-Taħriġ tal-Għalliema joffri programm tal-MA jismu “Teaching, Learning and Counselling in an Intercultural Context” li jħalli impatt fuq il-komunità lokali u diversi riżorsi umani u materjali peress li jipprepara mill-inqas 1500 student għal karriera ta’ tagħlim u jipprovdi wkoll opportunitajiet għall-prattika tat-tagħlim u l-volontarjat.

unitbv.ro

UNWE

UNWE hija l-eqdem u l-akbar università tal-ekonomija fil-Bulgarija u fix-Xlokk tal-Ewropa. L-UNWE għandha 8 Fakultajiet, 34 Dipartiment u madwar 500 lettur, 300 minnhom Professuri u Professuri Assoċjati. Iċ-Ċentru ta’ Riċerka Reġjonali dwar il-Migrazzjoni u r-Refuġjati li ġie stabbilit fl-2017 jagħmel parti min-netwerk ta’ riċerka ta’ din l-Università.

www.unwe.bg

Peñascal

Peñascal Peñascal hija inizjattiva soċjali mwaqqfa f’Bilbao fl-2011 li tiffoka fuq proġetti li jinvolvu nies vulnerabbli fl-oqsma tal-edukazzjoni, kwalifiċi professjonali, eċċ. Waħda mill-kompiti ta’ din l-entita’ hija relatata mat-tisħiħ lingwistiku tan-nies li jiġu fiċ-ċentru kemm biex jitgħallmu kif ukoll biex itejbu l-livell tagħhom tal-Ispanjol. Barra minn hekk, Peñascal hija entità awtorizzata biex tipprovdi lawrja sekondarja lil żgħażagħ ta’ bejn 14 u 17-il sena fuq il-bażi ta’ taħriġ ibbażat fuq xogħol fuq proġett. Kull sena jipparteċipaw madwar 200 żagħżugħ li nofshom jkunu ta’ oriġini barranija u li b’hekk jkunu qed jitgħallmu l-lingwa permezz ta’ attivitajiet informali. L-entita’ toffri wkoll il-possibbiltà li jiġu studjati studji intermedji u bażiċi li jużaw metodi pedagoġiċi innovattivi u jinvolvu kuntatt dirett u kostanti mal-familji. L-apprendistat u t-taħriġ fuq żewġ binarji ilhom parti mill-mod ta’ kif l-entita’ Peñascal ilha taħdem għal aktar minn 30 sena.

www.grupopenascal.com

UNIFI

UNIFI UNIFI huwa ċentru mportanti u nfluwenti għar-riċerka u taħriġ ogħla fl-Italja, b’1,800 lettur u riċerkaturi, 1,600 persuna teknika u amministrattiva, u aktar minn 1,600 assistenti ta’ riċerka u studenti ta’ livell ta’ dottorat. Id-Dipartiment tal-Edukazzjoni, Lingwi, Interkultura, Letteratura u Psikoloġija ( FORLILPSI ), li ġie stabbilit fl-2019, huwa dipartiment interdixxiplinarju li għandu l-għan li jwettaq riċerka u jippromwovi t-tagħlim fil-qasam tar-relazzjonijiet bejn il-lingwi, kulturi, ħsibiet, imġieba, u edukazzjoni.

www.st-umaform.unifi.it

UPV/ EHU

UPV/ EHU UPV/ EHU University of the Basque Country/Euskal Herriko Unibertsitatea, li kienet imwaqqfa fl-1980, hija università pubblika ddedikata lir-riċerka li hi mpenjata li toħloq l-għarfien u li tagħti l-kontribut tagħha għar-riżoluzzjoni tal-isfidi soċjali. F’ambjent globali ta’ ġenerazzjoni u trasmissjoni ta’ għarfien, tgħaqqad id-dmir tagħha lejn is-soċjetà Baska mal-proċess t’ internazzjonalizzazzjoni tax-xjenza miftuħa. Hi tinsab fost l-aqwa 400 università fil-klassifikazzjoni ta’ Shanghai, bi gruppi ta’ riċerka kkonsolidati u ewlenin fl-oqsma kollha tal-għarfien. Il-komunità tagħha hija magħmula minn madwar 35,000 student u 5,800 staff ta’ tagħlim u riċerka.

www.ehu.eus

kideon.eus